Żball Iwassal Biex Missier Jitlef It-Twelied Ta' Ibnu – Għaliex Ħadd M'Għamel Xejn?

Koppja Maltija kellhom ħolma li saret realtà, huma saru ġenituri għall-ewwel darba iżda l-missier spiċċa ma kienx preżenti għal dan il-mument imporanti f’ħajtu.

Is-sit Lovin’ Malta tkellem mal-missier fejn qal li t-tabib tagħhom issuġġerixxa li jagħmlu test tal-Covid-19 biex jikkonfermaw li t-tnejn huma negattivi, u b’hekk jippermetti lil Colin jakkumpanja lil martu waqt il-ħlas.

Jumejn wara, il-koppja rċevew ir-riżultati tagħhom, u r-raġel wera li kien pożittiv għall-Covid-19.

“F’Awwissu li għadda kont diġà ttestjajt pożittiv għall-virus, u minkejja li bilkemm kelli sintomi, ma kinitx eżattament esperjenza faċli,” qal Colin lis-sit Lovin’ Malta.

Hu jkompli jgħid li, “Ftit wara, huma ċemplu lil marti u qalulha li wara li twelled, l-isptar ikollu jneħħi t-tarbija għal 15-il jum.” Wara li kien jaf dan, Colin ra x’għamel biex jerġa’ jiġi ttestjat, u bbukja rapid test – erbat ijiem qabel martu kellha twelled! It-test ħareġ negattiv.

Colin irnexxielu jkollu test ieħor tal-gvern li ħareġ ukoll negattiv iżda xorta baqa’ mitllub li jibqa’ taħt kwarantina. Hu prova jagħmel kuntatt mat-tim tal-Professur Charmaine Gauci u wkoll mal-Ministru Chris Fearne iżda baqa’ bla tweġiba.

Hu jgħid li ma setax ikun hemm għall-isbaħ mument ta’ ħajtu. Minkejja dan martu welldet tifel bnin u b’saħħtu wara 24 siegħa. Hu xorta ma jistax jingħaqad magħhom għax għadu taħt kwarantina.

Kurraġġ Colin! Wieħed jista’ jsegwi l-istorja fuq HAWN.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI