“Żball Li Għandi Nitgħallem Minnu… Mhux Se Nsalva D-Dinja” – Oliver Scicluna

Il-Kummissarju għall-persuni b’diżabbilità Oliver Scicluna hu magħruf ħafna dwar kemm hu kapaċi jkun ġenwin u espressiv fuq il-midja soċjali. Ftit tas-siegħat ilu hu tella’ ritratt fuq il-midja soċjali, u kiteb hekk: “Dan ma’ kellux ikun ritratt iżda biex nara kif inhi xagħari wara li ħriġt bil-ħarba.”





“Kif ħarist fil-kamera għall-mument ħadt ftit qata’ għax qisni ntbaħt li qiegħed nikber, mhux għax l-età tbeżżani, imma moħħi dak il-ħin ġera ġirja mil-passat għall-preżent fi ftit sekondi, u bejni u bejn ruħi ndunajt li ż-żmien għaddej jiġri u li rrid noħloq ferm aktar bilanċ fil-ħin bejn xogħol u familja. Żball li għandi nitgħallem minnu, fl-aħħar mil-aħħar mhux se nsalva d-dinja.”



Mesaġġ verament onest u ġenwin. Il-ħajja saret mgħaġġla wisq, tant li xi kultant ninsew nieqfu ftit biex nirriflettu sew dwar kif qed ngħixu ħajjitna.

Facebook/Oliver Scicluna

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI