Bdiet titkellem Lela Refalo Mix-Xagħra mwielda ż-Żebbuġ Għawdex u ilha tgħix ix-Xagħra għal sittin sena. Hi qalet, “illum jum l-omm u ġejt nisma’ l-quddiesa hawnhekk iċ-ċimiterju biex inżur lill-ommijiet; omm ir-raġel u ommi li qiegħda ż-Żebbuġ imma xorta tismgħani minn hawn. Hawn ħafna ommijiet mit-triq tagħna li kienu qishom ommi.”
Tkellmet ukoll Marija Bajada li hi mir-Rabat Għawdex imma tgħix ukoll ix-xagħra. Hi qalet, “illum ġejna ċ-ċimiterju nisimgħu quddiesa għal jum l-ommijiet kollha, u smajna quddiesa għalihom speċjalment dawk li hemm abbandunati.”
Kompliet titkellem Lela fejn qalet li tixtieq tagħmel kuraġġ lill-ommijiet żgħażagħ biex jiftakru f’ommijiethom dejjem u x’ħin tkun bżonn imorru fejnha. Żiedet Marija, fejn qalet li l-ommijiet tal-lum mhux bħal meta kienu huma, u qalet biex fejn imorru, dejjem imorru ma’ xulxin kif kienet hi. Qalet ukoll li għalkemm ma toħroġx ħafna mid-dar, ġiet iċ-ċimiterju biex tisma’ quddiesa għall-ommijiet.
Grazzi lix-Xagħra Parish li laqqgħuna ma’ dawn iż-żewġ nisa simpatiċi immens. Nawgurawlhom ħafna aktar snin ta’ saħħa u kuntentizza.
Tistgħu ssegwu l-filmat sħiħ hawn: