“Żewġ Ġriewi Ta’ Xi Tlett Jew Erbat Ijiem Biss, Wieħed Mormi Banda U L-Ieħor Banda Oħra, Fl-Istess Lokalità” – Maxine Borg

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, l-attivista għad-drittijiet tal-annimali Maxine Borg qasmet mas-segwaċi tagħha storja oħra ta’ moħqrija fuq l-annimali.

Hi qalet, “2026 u xorta tiġri din it-tip ta’ moħrija. Żewġ ġriewi ta’ xi tlett jew erbat ijiem biss, wieħed mormi banda u l-ieħor banda oħra, fl-istess lokalità. Wieħed minnhom wasal kiesaħ, iżda mill-bqija jinsabu b’saħħithom u jixorbu sew ukoll. Pero xorta, l-ħsieb ma jħallikx kwiet … min jaf ommhom x’ġara minnha? Min jaf l-aħwa fejn huma? Huma ħajjin? Jew forsi ntefgħu x’imkien ieħor fejn ħadd ma seta’ jsibhom?”

Żiedet, “Grazzi lil dawk iż-żewġ persuni li ċemplu lill-Animal Welfare u ma baqgħux għaddejjin. Grazzi! Semmejnihom Charlie u Cooper. Jalla jkomplu sejrin ’il quddiem ħalli jkollhom ħajja mill-isbaħ, għax il-ftit sigħat tagħhom ma kinux sbieħ żgur. Hekk m’intomx kapaċi … iġibux?”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI