“Zoe Llum Stess Trid Titlaq Minn Fejn Qiegħda” – Christa Cilia Tappella B’Urġenza Biex Tinstab Dar Għal Zoe

Christa Cilia hi mara li tiddedika ħafna minn ħinha biex tieħu ħsieb annimali li jkunu spiċċaw bla dar, u tipprova ssibilhom familja biex tħobbhom kif jixirqilhom. Illum qed tappella b’urġenza għal Zoe.

Hi kitbet, “Zoe llum stess trid titlaq minn fejn qiegħda għal raġuni li s-sidien ma jistgħux iżommuha aktar. Każijiet bħal dawn joħolqu rabja imma din hi r-realtà li kull darba nirċievu. Għandha 8 xhur u hi mħallta labrador ma’ tal-kaċċa. Min jista’ jgħin ikellimni. Ixxerjaw għall-ġid ta’ Zoe.”

Dawn il-każijiet ta’ qsim ta’ qalb juru kemm hawn annimali li sfortunatament jispiċċaw bla familja, iżda bil-għajnuna tagħna din il-kelba gustuża għandha ċans terġa’ dduq l-imħabba.





Facebook / Christa Cilia



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI