Il-familja rjali assistew għal tieġ, tieġ li nżamm tista’ tgħid sigriet. Il-Prinċipessa Beatrice żżewġet lil Edoardo Mapelli Mozzi waqt ċerimonja privata li għaliha attendew ir-Reġina u l-familjari qrib tagħha.
View this post on Instagram
In-neputija tar-Reġina kellha tiżżewweġ fid-29 ta’ Mejju, iżda qabel kienet qalet li qed tirrevedi l-pjanijiet tat-tieġ tagħha minħabba l-pandemija tal-Coronavirus. Oriġinarjament, ir-Reġina kellha tospita r-riċeviment fil-Palazz ta’ Buckingham, iżda dan ma seħħx biex jevitaw riskji bla bżonn.