L-attur u preżentatur televiżiv lokali Jürgen Manicolo llum qed jiċċelebra għeluq sninu — jum speċjali għal wieħed mill-uċuħ l-aktar magħrufa, versatili u maħbuba fuq it-televiżjoni Maltija, li matul is-snin irnexxielu jirbaħ is-simpatija u l-ammirazzjoni ta' bosta telespettaturi Maltin u Għawdxin.
Matul il-karriera tiegħu fuq it-televiżjoni lokali, Jurgen kiseb popolarità kbira mal-udjenzi permezz tal-interpretazzjoni tal-karattru ta' Jacob fis-sensiela popolari Deja Vu, kif ukoll bis-sehem memorabbli tiegħu fil-kompetizzjoni televiżiva Don't Stop Me Now, fejn wera t-talent u l-passjoni tiegħu. Minbarra x-xogħol tiegħu bħala attur u parteċipant, huwa stabbilixxa ruħu wkoll bħala preżentatur enerġetiku, spontanju u maħbub mill-pubbliku, fejn kien il-wiċċ wara l-aħħar edizzjoni tal-programm UEJJA u f'din l-iskeda tax-xitwa qed narawh jippreżenta l-programm U Aqtagħha!, li jkompli jikkonferma l-preżenza qawwija tiegħu fuq l-iskrin.
F'dan il-jum speċjali, nawgurawlu mill-qalb l-isbaħ xewqat ta' saħħa, ferħ, paċi u aktar suċċessi fil-karriera televiżiva u personali tiegħu fis-snin li ġejjin.
Awguri Jürgen