Eileen Montesin ittella’ ritratt ħelu flimkien ma’ Nina f’għeluq sninha fejn tgħid li din hija l-ewwel wild ta’ bintha li għamlitha nanna. Nina llum għalqet 12-il sena.
Tgħidilna, “12-il sena ilu kienet ġurnata tassew speċjali. Hi kienet dik il-waħda li għamlitni nanna għall-ewwel darba. Hija ta’ inspirazzjoni għalija. Iżommni żgħira u aġġornata. Hija tifla mimlija kreattivita’ u fotografa tajba eċċellenti! Inħobbok Nina u awguri f’għeluq sninek.”
Awguri mill-qalb lil Nina fil-ġurnata speċjali tagħha u nittamaw li kellek ġurnata b’dak kollu li tixtieq qalbek għax hekk jistħoqqlok!