Il-paġna ta’ Saħħa għadha kif ħabbret li fl-24 siegħa li għaddew instabu 163 każ ġdid. Il-paġna żvelat ukoll li 156 persuna fiequ mill-Covid-19 f’Malta. B’hekk l-ammont totali ta’ każi pożittivi issa huwa ta’ 2,429.
It-total ta’ każijiet li kellna s’issa jammonta għal 20,409. Il-paġna żvelat ukoll li tul dawn l-aħħar 24 siegħa, tilfu ħajjithom tliet anzjani rġiel ieħor kawża tal-Covid-19. Dan ifisser li t-total ta’ mwiet huwa ta’ 301.
Sal-bieraħ ingħataw 57,683 doża tat-tilqima kontra l-Covid-19, b’18,536 jingħataw it-tieni doża.