“Chef Maħbub Li Kien Juri Qalbu F’Kull Platt, Kull Tbissima, Kull Mument Li Qatta’ F’KuYa” – KuYa Asian Restaurant

Sfortunatament ħarġet l-aħbar li miet Leo, chef tant u tant maħbub ta’ ristorant Ażjatiku. L-aħbar ħarġet f’post li tellgħu l-paġna tal-Facebook tar-ristorant KuYa Asian Restaurant.

“Dejjem tibqa’ f’qalbna,” huma kitbu flimkien ma’ ritratt tiegħu. “Chef tant maħbub li kien juri qalbu f’kull platt, kull tbissima u kull mument li qatta’ f’KuYa – il-post li għalih kienet qisha d-dar tiegħu.” 

“L-għażiż Chef Leo, li kien fil-qalba tal-kċina tagħna għall-aħħar sitt snin, u li ilna xi żmien nimmissjawh fil-kċina tagħna; sfortunatament, illum ħalliena. Id-dedikazzjoni, il-passjoni, u x-xogħol bla heda tiegħu sawru mhux biss il-platti tagħna, iżda t-tim kollu tagħna.,” huma komplew jgħidu. “Strieħ fis-sliem Chef Leo.” 

Aħna mit-tim ta’ Gwida.mt nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-ħbieb u qraba ta’ Leo.







Ritratti:

Facebook / KuYa Asian Restaurant

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI