L-istennija għal waħda mill-aktar ġranet speċjali f’ħajjitha issa daħlet fl-aħħar ftit ġimgħat tagħha. BROOKE qasmet messaġġ qasir iżda mimli emozzjoni, hekk kif fakkret li fadal xahar biss sal-mument tant mistenni, l-20 ta’ Settembru 2026, il-ġurnata li fiha hi u l-imħabba ta’ ħajjitha Noah, se jgħidu s-signor si.
"Fadal xahar biss… 30 jum sakemm ngħidu 'Iva' u tibda l-eternità," kitbet BROOKE. Dan ġie segwit minn kliem li jesprimu l-eċitament kif ukoll l-emozzjoni ta’ dak li ġej.
U biex tfakkar din l-istennija sabiħa, BROOKE għażlet ritratt mill-isbaħ li jgħid ħafna mingħajr il-bżonn ta’ kliem. Fir-ritratt naraw lill-koppja f’poża eleganti u romantika, b’BROOKE tidher qrib l-imħabba ta’ ħajjitha.
Minn issa ’l quddiem, kull ġurnata se tkun qed tressaqhom aktar lejn il-mument meta, quddiem dawk kollha li jħobbuhom, jgħidu l-iva' tagħhom u jibdew kapitlu ġdid flimkien.
Awguri!
Facebook/ BROOKE