Illum huwa għeluq snin Martina Gaffiero, it-tifla ta’ Ivan Gaffiero. Martina, li apparti li tħobbu b’imħabba kbira lil missierha, u tappoġġjah f’kull proġett li jkollu, kienet anke persuna li dejjem fehmitu.
Ivan kiteb messaġġ għall-għażiża bintu, Martina:
“Sa nkun l-ewwel wieħed li sa ngħidlek Happy Birthday, għażiża tiegħi Martina Gaffíero. Kbirt, 22 sena, 14 ta’ Diċembru. Kemm stennejtek, kemm kont inkantalek biex torqod, kemm konna nidħku nagħmlu xi programm waqt li kont inkun qed insuq. Ma kienx żmien faċli, imma dejjem rajt kif inferħek, b’ħafna sagrifiċċji. Però dejjem fhimtni, qatt ma naf li għidtli, “irrid dak tad-ditta’, anzi kont tifraħ b’kollox meta ma stajtx nonfoqlok bħal tfal oħra.”
Għall-okkażjoni, Ivan qasam diversi ritratti memorabbli u prezzjużi tiegħu u ta’ bintu Martina. Awguri mill-qalb Martina!