29 Sena Ilu Debbie Scerri Rrappreżentatna Fil-Eurovision Bil-Kanzunetta ‘Let Me Fly’!

X'memorji Debbie

L-esperjenza ta’ Debbie Scerri fil-Eurovision Song Contest 1997 tibqa’ waħda mill-mumenti importanti fil-karriera tagħha u wkoll parti mill-istorja mużikali ta’ Malta fil-kompetizzjoni Ewropea.

Il-bidu tal-vjaġġ lejn Eurovision Debbie Scerri kienet diġà magħrufa fix-xena mużikali Maltija qabel l-Eurovision, wara li ħadet sehem f’diversi festivals u kompetizzjonijiet lokali.

Fl-1997, hija rebħet il-festival tal-Malta Song bil-kanzunetta Let Me Fly, miktuba minn Ray Agius, biex tirrappreżenta lil Malta fuq il-palk prestiġjuż.



Debbie kienet interpretat Let Me Fly b’prestazzjoni vokali qawwija, u spiċċat fid-9 post minn 25 pajjiż, b’total ta’ 66 punt—riżultat rispettabbli ħafna, speċjalment meta wieħed iqis il-kompetizzjoni qawwija ta’ dak iż-żmien.



Debbie kellha opportunitajiet ta’ kant barra minn xtutna fosthom fl-Awstralja, fil-Kanada u fl-Istati Uniti.

Żgur li ħafna jiftakru din il-parteċipazzjoni ta’ Malta fil-Eurovision!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI