Żewġ Kantanti Maltin B’Suċċess Kbir Ġewwa L-Estonja!

Nixtiequ nawguraw lil Aidan Borg u lil Audrey Schembri tas-suċċess li kisbu ġewwa l-Estonja fil-festival Tallinn Voice. Huma kisbu riżultati brillanti fejn ċertament jinsabu kburin.

Aidan jikteb, “Ninsab eċitat ħafna li naqsam ir-riżultati tal-Konkors Internazzjonali tal-Mużika Tallinn Voice! Ninsab onorat immens li nħabbar li ġejt: L-Ewwel Post – fil-Kategorija tal-Films u l-Mużika. L-Ewwel Post – Kategorija tas-Suċċess Dinji.”

Għal Aidan dan il-vjaġġ kien wieħed sabiħ immens u grat lejn ħafna nies li għenuh jasal s’hawn. Apparti minn hekk kitbet Audrey dwar ir-riżultati tagħha.

“Kisba oħra inkredibbli fl-Estonja! Ninsab kuntenta ħafna li naqsam li ġejt l-ewwel fiż-żewġ kategoriji – Pop and World Hit, fejn ikkompetejt kontra 67 kontestant f’kull kategorija, u kburi ngħid li ksibt dawn ir-riżultati fiż-żewġ kategoriji!”

Prosit kbira!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI