Alison Zerafa Civelli, is-Segretarju Parlamentari għall-Gvern Lokali, fakkret it-traġedja tal-Um El Faroud fl-anniversarju tagħha. Permezz ta’ messaġġ u ritratti ppubblikati fuq il-paġna tagħha, hi wriet il-Kunsill Lokali ta’ Bormla jagħti r-rispett tiegħu.
Hi spjegat, “31 sena mit-traġedja tal-Um El Faroud. Il-Kunsill Lokali ta’ Bormla jfakkar id-9 persuni vittmi, flimkien mal-familjari u l-mistiedna.”
Fit-tlieta ta’ Frar 1995, splużjoni waqt xogħol ta’ manutenzjoni fid-Drydocks ta’ Malta ħadet il-ħajja ta’ disa’ ħaddiema, u ħalliet oħrajn midrubin. Illum, l-Um El Faroud jinsab mgħaddas qrib Wied iż-Żurrieq u jserevi bħala monument ta’ memorja għal dawk li m’għadhomx magħna.
Noffru l-kondoljanzi lill-qraba u l-ħbieb tal-vittmi, u nkomplu nżommu ħajja l-memorja tagħhom.
Facebook / Alison Zerafa Civelli