40% Ta' Dawk Li Applikaw Għall-Iskema Tal-Gym Marru L-Gym Darba Jew Darbtejn Biss

Tnejn minn kull ħames żgħażagħ li rreġistraw għall-membership tal-gym iffinanzjata mill-gvern marru l-gym darbtejn jew anqas u qatt ma rritornaw matul is-sitt xhur ta’ aċċess bla ħlas.

40% marru darbtejn jew inqas. Minkejja dan, il-Ministeru għall-Isport u ż-Żgħażagħ iddeskriva l-ewwel sena tal-inizjattiva bħala “suċċess”, u sostna li gyms qed jaraw “impenn kostanti”.

Il-gvern jagħti sitt xhur membership b’xejn lil dawk imwielda bejn l-2005 u l-2007. Il-miżura, li tiswa madwar €2 miljun u għandha 12,000 eliġibbli, se tiġi estiża s-sena d-dieħla għal dawk bejn is-16 u l-21 sena. S’issa applikaw aktar minn 7,300 żagħżugħ.

Studju tar-Renju Unit tal-2020 juri li l-maġġoranza tan-nies li jibdew gym jitilqu wara ftit xhur: nofshom jieqfu sas-sitt xahar u l-frekwenza tonqos b’88% matul sena.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI