Illum huwa jum speċjali immens għal persuna speċjali f’ħajjet l-eks membru parlamentari Clyde Puli – l-għażiż missieru. Illum jagħlaq l-età sabiħa ta’ 82 sena. Ċertament li minn dejjem ikun ta’ sostenn kbir għalih kemm fil-ħajja professjonali kif ukoll dik personali.
Clyde qasam ritratt għall-okkażjoni flimkien ma’ missieru, waqt li kiteb, “82 sena. Awguri f’għeluq sninek, Pa.” Bħal dejjem kienu bosta li kkummentaw biex jibagħtulu x-xewqat sbieħ lil missier Clyde.
Awguri mill-qalb! Nixtiqulu ħafna affarijiet sbieħ illum u dejjem!
Facebook/ Clyde Puli