“Sodda Ġdida Għalija U Differenti, Tal-Isptar.” – Il-Membru Parlamentari Charles Azzopardi Jinsab Rikoverat L-Isptar

Il-Membru Parlamentari Charles Azzopardi kmieni dalgħodu tella’ riflessjoni fuq il-mezzi soċjali tiegħu avża s-segwaċi tiegħu li jinsab l-isptar.

Hu kiteb, “Kemm aħna ħlejjaq fraġli. Kemm aħna ħlejjaq żgħar. Tektika żejda jew nieqsa, żball ħafif fil-minutiera li tikkontrolla l-arloġġ ta’ qalbek. Tħoss ftit piż mhux normali jagħfas fuq sidrek donnu wieħed jirfsek u tqum fuq sodda differenti.”

Hu jżid, “Mhux dik li nħobb. Mhux dik tas-soltu. Sodda ġdida għalija u differenti, tal-isptar. U iva. Kollox irid ikun. Xejn allarmanti. Għalhekk ħobb, ifhem, għader u sabbar. U meta tlesti erġa’ ibda.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlu fejqan ta’ maljar u nittamaw li ma jdumx rikoverat l-isptar.





Facebook / Charles Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI