Dr Nicholas Briffa Jfakkar Dak Li M’Għandekx Tgħid Lil Min Hu Għaddej Minn Xi Forma Ta’ Uġigħ

Dr Nicholas Briffa jikteb ħafna dwar l-emozzjonijiet u l-psikoloġija. Hu jwissi dwar kif għandna nitkellmu ma’ xi ħadd li għaddej minn żmien diffiċli.

Dr Briffa jispjega, “Tfakkira importanti, li tgħid lil xi ħadd ieħor li għaddej minn xi forma jew oħra ta’ uġigħ (fiżika, psikoloġika eċċ jew trawma “hemm min hu agħar minnek” la huwa ta’ għajnuna u lanqas huwa mod empatiku biex tappoġġjah. L-esperjenzi u l-emozzjonijiet ta’ kulħadd huma validi, irrispettivament minn dak li ħaddieħor jista’ jkun qed iħabbat wiċċu miegħu.”

Dawn il-kliem ifakkruna nkunu ta’ qalb tajba ma’ kulħadd u nippruvaw nifhmuhom kemm nistgħu minflok ngħidulhom li l-uġigħ tagħhom mhuwiex kbir biżżejjed.





Facebook / Nicholas Briffa



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI