Għad-disa’ sena konsekuttiva, Malta kisbet l-ogħla post fl-ILGA-Europe Rainbow Map Equality Index, filwaqt li kkonfermat mill-ġdid l-istatus ta’ pajjiżna bħala pajjiżn minn ta’ quddiem fid-drittijiet ċivili u umani tal-komunitajiet LGBTIQ+ madwar l-Ewropa.
Din il-kisba importanti timmarka t-tieni kisba fil-limitu ta’ Malta din il-ġimgħa fl-ugwaljanza u l-inklussività rikonoxxuti minn korpi internazzjonali. Dan ir-rikonoxximent globali jenfasizza l-pożizzjoni proattiva tal-gvern biex jinkludi riformi progressivi li jiżguraw it-trattament ġust tal-individwi LGBTIQ+, li jagħtuhom id-drittijiet fundamentali biex jgħixu b’mod awtentiku u ħieles mingħajr ebda diskriminazzjoni.
Is-Segretarju Parlmentari għar-Riformi u l-Ugwaljanza Rebecca Buttigieg kitbet, “Bħala Maltin u Ewropej għandha biex nkun tassew kburin li l-valuri tagħna favur l-ugwaljanza, għat-tieni darba din il-ġimgħa, kisbu għarfien internazzjonali li poġġew lil Malta quddiem nett f’dawk li huma drittijiet ċivili u drittijiet umani.”
Hi tkompli, “Propju f’jum iddedikat lill-familja, Malta ngħatat ċertifikat mill-ILGA-Europe Rainbow Map Equality Index li fih għad- sena konsekuttiva poġġa lil pajjiżna fl-1 post fost 49 pajjiż Ewropew. Bir-riformi progressivi għamilna passi kbar. Irridu nkomplu naħdmu biex jingħelbu l-preġudizzji u nsaħħu l-ugwaljanza.”
Hi żżid, “In-nazzjon tagħna evolva u qed iħaddan id-diversità u jsostni l-ugwaljanza, lil hinn mill-preġudizzji tal-passat. Żgur li din hi kisba storika għal Malta li għandha sservi ta’ eżempju ta’ tama u progress għan-nazzjonijiet li qed jiffaċċjaw sfidi simili.”
Nittamaw li Malta tkompli timxi bl-eżempju fit-trawwim ta’ soċjetà aktar inklużiva u ekwa għall-komunità LGBTIQ+ u lil hinn.