“Il-Kuntatt Dirett Man-Nies Minn Fuq Palk Hija Xi Ħaġa Li Nimmissja Ħafna” – L-Infermiera U Kantanta Eleanor Spiteri

Il-ħajja li spiċċajna ngħixu fiha meta tfaċċat il-pandemija tal-Covid-19 mhi xejn faċli għal ħadd minna.

 Il-ħajja nqallbet ta’ taħt fuq għal kulħadd, studenti, għalliema, it-tim mediku kif ukoll l-artisti li tant huma mdorrijja jaħdmu man-nies. Il-kantanta u infermiera Eleanor Spiteri qassmet magħna s-sentiment li għaddejja minnu bħalissa hekk kif bħal ħafna artisti oħrajn, il-karriera tagħha fil-mużika għaddejja minn sfidi ġodda.

“Il-kuntatt dirett man-nies minn fuq palk hija xi ħaġa li nimmisja ħafna” kienu l-kummenti ta' Eleanor dwar dan.

Għalkemm Eleanor xorta għadha tkanta f’diverżi okkażjonijiet, xorta tħoss parti kbira minn ħajjitha nieqsa bħalissa minħabba li mhux qed isiru daqstant avvenimenti mużikali. 

Eleanor ħatfet l-opportunità f’dan iż-żmien biex terġa tibda tagħmel xi ħaġa oħra li tħobb u li għandha bżonn ħafna ħin - l-immudellar!



Eleanor, persuna b’dehra fantastika, qiegħda anke tieħu bosta ritratti mill-isbaħ f’bosta postijiet madwar Malta. Fuq il-paġna tagħha Eleanor Spiteri qiegħda ttella’ anke xi kontenut riċenti fejn jidħol l-immudellar.

Dak li qaltilna l-kantanta jidher biċ-ċar li minkejja forsi jitbexxaq bieb, kapaċi jinfetaħ ieħor. Eleanor għażlet li ma tħallix il-pandemija ġġib biss negattività f’ħajjitha, iżda rat kif għamlet u rrikorriet għal xi ħaġa li wkoll kapaċi toffrilha l-istess sens ta’ kuntentizza u sodisfazzjon.

Minn qalbna f’isem it-tim kollu ta’ Gwida.mt nawguraw lil Eleanor aktar suċċessi u kisbiet fil-ġejjieni!

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI