Puttinu Cares qasmu messaġġ sabiħ u mimli gratitudni biex jiċċelebraw il-ħames sena taċ-ċkejkna Julia, li għal darb’oħra għażlet li tagħmel minn għeluq sninha att ta’ ġenerożità.
L-organizzazzjoni spjegat kif, għall-ħames sena konsekuttiva, iċ-ċelebrazzjoni ta’ għeluq snin Julia inbidlet f’att ta’ karità, fejn inġabret is-somma impressjonanti ta’ €8,500 b’risq Puttinu Cares.
Fil-messaġġ tagħhom, Puttinu Cares esprimew ringrazzjament. “5 snin ta’ Julia, 5 snin ta’ għotjiet lil Puttinu. M’għandniex kliem biex nirringrazzjaw lil Dr. Keith Debono u lil Dr. Janica Debono talli għażlu lil Puttinu Cares.”
Awguraw lil Julia f’għeluq sninha u qalu li l-qalb tajba tagħha qed tiddi aktar ma jgħaddu s-snin.