“Id-Djoċesi Ser Tipprova Tieħu L-Impenn Li Din Id-Dar Tibqa’ Sservi L-Iskop Ewlieni Tagħha” – Diocese Of Gozo

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Diocese of Gozo qasmu mas-segwaċi tagħhom kelmtejn rigward Dar Manresa, dar f’Għawdex magħrufha għall-irtir.

Bdew billi qalu, “Id-Djoċesi ta’ Għawdex tixtieq bil-qalb kollha tirringrazzja l-Kumpanija ta’ Ġesù għas-servizz li tat għal dawn l-aħħar 72 sena permezz tat-tmexxija ta’ Dar Manresa u l-kura tal-erwieħ tal-Insara ta’ din iż-żona fit-tarf tal-Belt Victoria.”

Żiedu, “Għal ħafna snin il-preżenza tal-Ġiżwiti kienet ta’ ispirazzjoni umana u spiritwali għal ħafna, mhux biss Għawdxin imma wkoll Maltin. It-tmexxija ta’ din id-Dar tal-Irtiri kif ukoll l-akkoljenza marbuta magħha kienet għal ħafna snin don għall-Knisja f’Għawdex.”

Qalu wkoll, “Id-Djoċesi ser tipprova tieħu l-impenn li din id-Dar tibqa’ sservi l-iskop ewlieni tagħha, jiġifieri ser tibqa’ ta’ animazzjoni spiritwali, dar tal-irtiri u ta’ akkoljenza kif kienet matul is-snin. Għalhekk jibqgħu jittieħdu bookings fuq in-numri tat-telefon u l-indirizz elettroniku tad-Dar jew tal-Kurja tal-Isqof.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI