Kate:Writing My Story ittela’ din l-aħbar daqsxejn ta’ swied il-qalb. Fejn tibda billi tgħidilna, “Jien lura Malta. Ma ksibtx ir-riżultati li kont qed nittama għalihom… u onestament, imweġġa’. Imma din mhijiex fejn tispiċċa l-istorja tiegħi. Nirrifjuta li nieqaf niġġieled.”
Tkompli, “Din hija biss sfida oħra quddiemi u se niffaċċjaha direttament. Se nibqa’ niġġieled, inkompli nitħarreġ aktar, nibqa’ ffukata, u nagħmel dak kollu li nista’ biex nikber … filwaqt li niftakar ukoll nieħu ħsieb saħħti tul it-triq.
Grazzi tassew għat-talb tagħkom, il-messaġġi tagħkom u s-sapport tagħkom, ifissru aktar għalija milli nista’ npoġġi fi kliem.
U llum, qed nitlobkom is-sapport tagħkom b’mod ieħor ukoll…
Sports4Kate huwa l-akbar avveniment tas-sena tiegħi, u nixtieqkom tgħinuni nagħmluh akbar, aktar qawwi u aktar b’saħħtu minn qatt qabel. Jekk jogħġobkom, xerrdu l-kelma, u jekk tistgħu, ejjew u kunu parti minnu.
Dan il-jum huwa għal kulħadd, irrispettivament mill-età, mill-isfond jew mill-kapaċità tagħkom.”