L-attur u preżentatur Matthew Sant Sultana qasam memorja tassew ħelwa fuq il-mezzi soċjali tiegħu u ringrazzjament mill-isbaħ lill-ħabib tal-qalb tiegħu Mario Cassar. It-tnejn li huma llum saru ħbieb kbar u kliem Matthew jixhed dan.
Matthew kiteb, “5 snin ta ħbiberija Kbira. 5 snin ta’ nesta. 5 snin ta’ tagħlim. 5 snin ta’ mħabba u għal aktar snin ta’ din it-taħlita b’aktar doża ta’ ferħ u avventuri flimkien. Grazzi Mario Cassar.”
Mhux ta’ b’xejn meta wieħed jara lil dawn it-tnejn flimkien fuq it-televiżjoni jew inkella fuq xi palk, wieħed jinnota li jiftehmu anke b’ħarsa bejnietom. Il-ħbiberija tagħhom hija waħda mill-isbaħ u b’hekk jagħmel xogħolhom aktar interessanti.
Facebook / Matthew Sant Sultana