"Il-Funeral Tal-Għażiż Ħija Se Jsir Nhar Il-Ġimgħa 14 Ta' Frar" – Gabriel Gatt Ħu L-Mibki Christ Gatt

B’qalb maqsum, Gabriel Gatt ħabbar meta se jsir l-funeral ta’ ħuh Christ Gatt, li ħalla din id-dinja llum. Il-funeral tiegħu se jsir nhar il-Ġimgħa, 14 ta’ Frar, fit-3:00 ta’ waranofsinhar, fil-Knisja ta’ San Ġorġ, Ħal Qormi.





Dawk li jixtiequ jattendu huma mitluba jilbsu smart casual b’kuluri ċari, bħalma Christ dejjem għażel jilbes kif ukoll għaliex tirrapreżenta l-personalità ferrieħa tiegħu.

F’dan il-mument diffiċli, il-familja u l-ħbieb ta’ Christ ħa jibqgħu jiftakruh bħala persuna mimlija ħajja, dejjem pożittiv u b’qalb kbira. Ningħaqdu magħhom fit-talb u nagħtu l-kondoljanzi lill-għeżież tiegħu.

Facebook / Gabriel Gatt 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI