Il-paġna ta’ X Factor Malta għadha kif ħabbret il-persuni li se jkunu l-membri tal-ġurija għall-edizzjoni li jmiss ta’ X Factor.
Ser naraw żewġ uċuħ familjari li rajnihom fl-ewwel żewġ staġuni. Dawn huma l-kantanta bravissima Ira Losco u Howard Keith Debono. Minn flok Alexandra Alden u Ray Mercieca, din is-sena se jkun hemm Ivan Grech ta’ Winter Moods u Philippa Naudi ta’ The New Victorians.
Nawguraw lill-erba’ membri tal-ġurija għall-istaġun li jmiss ta’ X Factor Malta, kif ukoll lill-parteċipanti kollha li se jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni.