"Jien U Int Żewġt Irjus Iebsa Li B'Determinazzjoni Għamilna Dak Li Xtaqet Qalbna!" – Oliver Scicluna

Il-Kummissarju għall-persuni b’diżabbilità Oliver Scicluna kiteb kliem sabiħ fuq facebook f’għeluq il-5 sena miż-żwieġ tiegħu u ta’ martu Angela. Spjega kif ostakli dejjem sabu iżda dejjem rebħuhom għax dejjem sabu lil xulxin.

Jaqblu fuq ħafna affarijiet iżda għandhom karattri opposti. Bħal ħafna, il-ħajja taf tinbidel u daqqa ħaġa u daqqa oħra; fil-fatt Oliver ukoll sostna li ħajjithom kienet roller coaster u qatt ma basru li kienu se jrabbu żewġ subien imqarqċin ħelwin.





“Int emmint fija u jien lura fik, għalhekk illum ingawdu l-familja tant għal qalbi li għandna”, kompla Oliver filwaqt li rringrazja lil Angela tal-paċenzja u tennhielha li jħobbha.

Awguri mingħandna!

Ritratt: Facebook/ Oliver Scicluna



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI