Wara li lbieraħ filgħaxija xarrabna ftit, jidher li t-temp illum għalkemm beda bis-sħab matul il-jum ħa jiftaħ b’waqtiet xemxin matul il-jum. Jidher li ċ-ċans ta’ xita huwa xorta wieħed għoli, b’40% u 25% ċans ta’ sajjetti u ragħad.
Ir-riħ ħafif għal moderat, bejn forza tlieta u forza erbgħa min-Nofsinhar ix-Xlokk filwaqt li l-baħar ġeneralment ħafif. Fil-jiem li ġejjin, issa li uffiċjalment bdiet il-ħarifa nistennew temp aktar instabbli b’xi maltempati.
Dawk li jħobbu s-sajf jittamaw li t-temp sabiħ jirritorna imqar għal ftit sabiex ikunu jistgħu jgawdu l-baħar tal-aħħar.
Darren Delmar- It-Temp Madwarna / Facebook