Nies li għamlu kuntatt ma’ Gwida qed jgħidulna li ilhom jippruvaw għal diversi drabi biex jaqbdu ma’ Mater Dei, iżda sfortunatament qed jiltaqgħu ma’ diffikultajiet peress li jidher li s-sistema telefonika tal-isptar mhix qed taħdem. Dan qed joħloq tħassib fost dawk li għandhom bżonn jikkomunikaw mal-isptar għal raġunijiet urġenti.
Għandna rapporti li hemm min ilu aktar minn 45 minuta fuq il-linja jipprova jagħmel kuntatt iżda sfortunatament ma rnexxilux jaqbad. Il-Membru Parlamentari Adrian Delia, fuq il-mezzi soċjali tiegħu, kiteb: “Qed jasluli rapporti li s-sistema tat-telefon ta’ Mater Dei telqet kollha. Appell urġenti biex jittieħdu passi immedjati sabiex din is-sitwazzjoni tiġi indirizzata mill-aktar fis possibbli.”
Nittamaw li l-probelma ma ddumx wisq biex tissolva u kollox imur lura għan-normal f’ħin qasir.