“Fl-Awstralja Sħaqt Li Minkejja D-Distanzi Li Jifirdu Lil Din Il-Komunità Minna Tibqa’ Parti Importanti Mill-Familja Maltija” – Il-President Vella

Il-President ta’ Malta George Vella qiegħed l-Awstralja jattendi xi attivitajiet mal-komunità Maltija li tgħix hemm, bħala parti miż-żjara uffiċċjali tiegħu. Illum, fit-tieni jum tiegħu, jinsab Victoria. Fuq il-midja soċjali tiegħu hu qal li “minkejja d-distanzi kbar li jifirdu lil din il-komunità minn Malta, hija tibqa’ parti importanti u sħiħa mill-familja Maltija u Għawdxija.” Hu sellem ukoll lill-għadd ta’ assoċjazzjonijiet Maltin li bi sforzi kbar u dedikazzjoni jaħdmu biex din il-komunità ma titlifx il-karatteristiċi Maltin tagħha.

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI