Ilbieraħ, Charles minn Charles & Ron fakkar il-memorja tal-għażiż missieru. Kien l-anniversarju ta’ meta missieru għadda għall-ħajja ta’ dejjem. Charles għadda messaġġ qasir u qasam ukoll ritratt tal-għażiż missieru.
Hu kiteb, “Għaddew 14-il sena minn meta tlaqtna Papà, kompli hu ħsiebna u j’Alla int qed tistrieħ fil-paċi.” Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, insellmu l-memorja ta’ missier Charles, ikollna nistqarru li mir-ritratt li xeħet hemm ftit xebh bejnu u bejn missieru.
Żgur li l-memorji jibqgħu prezzjużi ferm.
Facebook / Charles Van Maarschalkerweerd Borg