Jidher li Dorianne Mamo dalgħodu kienet l-aħħar għodwa għaliha fil-programm tar-radju fuq Magic Malta 91.7 f’din l-iskeda. It-tim tal-istazzjon kiteb dwar l-aħħar programm li ser tkun qed tifforma parti minnu.
“L-aħħar ġurnata ‘on air’ għas-sabiħa Dorianne Mamo. Grazzi tal-mumenti sbieħ,” kitbulha Ron, Carlo u t-tim kollu.
Ilbieraħ filgħodu fuq il-paġna ta’ TVM ġie mħabbar li mit-Tnejn sal-Ġimgħa fuq TVM mis-6:30 sad-9:00, se jkun qed jixxandar TVAM li din is-sena se jkun preżentat minn Dorianne Mamo, li żżomm kumpanija lit-telespettatur b’diversi mistiednin li se jkunu qed jiddiskutu numru ta’ suġġetti relevanti.
F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Dorianne l-isbaħ xewqat għal din l-avventura, ninsabu ċerti li se jkollha esperjenza pożittiva u t-telespettaturi ħa jilqgħuha bi ħġarhom ġewwa djarhom.
View this post on Instagram