“Aktar Minn 45,000” Iniżżlu L-App Covid Alert Malta F’Jumejn. Niżżiltha Int?

Id-Deputat Prim Minsitru u Ministru għas-Saħħa Onor. Chris Fearne għadu kif żvela li aktar minn 45,000 persuna niżżlet l-app Covid Alert Malta f’dawn l-aħħar jumejn. Din l-app hi kapaċi tallarna l-persuna meta dan ikun qrib persuna oħra li tkun ittestjat pożittiv għall-Covid-19.

“Iktar minn 45,000 tniżżil fl-ewwel jumejn: installa u pproteġi lilek innifsek u lill-maħbubin tiegħek!” kiteb Onor. Chris Fearne fuq il-midja soċjali.





Inizzjattiva importanti li kapaċi ssalva ħajja. Malta mhix l-unika pajjiż li qed tagħmel użu minn app bħal din. Int niżżiltha l-app?

Facebook/Chris Fearne



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI