Timmaġinaw Il-Populazzjoni Kollha Ta' Malta Tmut?

480,095 daqshekk mietu s’issa b’kawża tal-Covid-19. Tista’ tgħid bejn wieħed u ieħor, dak in-numru hu simili tal-popolazzjoni ta’ pajjiżna. Għalkemm forsi ma jidhirx li hu xi numru enormi, huwa numru sostanzjali speċjalment meta tikkumparah mal-popolazzjoni ta’ pajjiżna. Skont l-istatistika fuq worldometers.info s’issa daqshekk ġew irreġistrati vittmi li nstab li kellhom il-Coronavirus. 





Ritratt: https://www.worldometers.info/coronavirus/

Fid-dinja kellna 9,369,227 każ, li 5,060,547 minnhom irkupraw. Dan ifisser li s’issa il-Coronavirus ħasad il-ħajja ta’ 9% tal-każijiet kollha li ingħalqu s’issa. Il-virus għadu preżenti fid-dinja imma nkomplu fuq il-pass li qed nieħdu u nkomplu nirbħu l-ġlieda kontrieh. F’pajjiżna kellna 9 mwiet li l-pazjenti nstab li kienu pożittivi għal dan il-virus qerriedi. 



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI