"Lin-Nanniet Għandna Nagħtuhom Dak Li Huwa Mistħoqq…" – Sebastian Calleja

Il-Kantant Sebastian Calleja fakkar il-memorja għażiża ta’ nanntu li ħalliet din id-dinja fis-17 ta’ Frar ta’ 7 snin ilu. “Għadna ma nistax nemmen li diġà għaddew 7 snin minn meta ħallejtna Nann!”, esprima Sebastian.

Tenna li qatt ma jista’ jinsa dak kollu li għamlet miegħu fejn sa mill-bidu tal-karriera tiegħu tagħtu s-sapport kollu u emmnet fih. Kienet ukoll ta’ ispirazzjoni għalih biex ikompli miexi ‘l quddiem. “Kull nota li toħroġ minn fommi niddedikaha għalik”, kiteb b’għożża Sebastian.





Punt sabiħ li semma Sebastian kien, li lil nanntu jixtieq ikompli jagħmilha kburija bih mhux bl-istudju u l-kant biss iżda bil-fatt li jgħix ħajja sempliċi, ta’ rispett u ta’ mħabba lejn xulxin. Spiċċa billi qal li lin-nanniet għandna nagħtuhom dak li huwa mistħoqq li wara kollox, aħna llum nieħdu n-nifs tal-ħajja għax kienu hemm huma qabilna. Prosit Sebastian… Kelmtejn ta’ ispirazzjoni mill-qalb!

Ritratt: Facebook/ Sebastian Calleja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI