Nistgħu ngħidu li Dean t-tifel ta’ Leontine u Snitz seraq ix-xena l-ommu, wara li fl-intervista mal-programm Noli ma’ Leontine daħal fin-nofs! Trid tarah ikanta flimkien m’ommu id-diska ta’ Dirty Dancing! Imma Dean la jrid issir attur u lanqas kantant! Jrid li jixtri ħafna ħut u jrabbiehom! U le mhux għall-ikel iżda biex jieħu gost bihom hu!
Imma jekk tara l-intervista sħiħa tindunaw li Dean għandu r-rittmu u vuċi tajba. Kien hu li beda jagħti s-suġġerimenti lil ommu fil-logħba tal-kanzunetti. Minjaf forsi l-aquarium jagħmlu xorta u jbiddel fehmtu fuq it-teatru!