Fuq Facebook qed jinxtered l-appell għall-pubbliku wara li dan il-ġmiel ta’ kelb, Bacino, ġie rrappurtat nieqes. Martina Tabone, sid Bacino, xerrdet l-appell fuq il-profil tagħha kif ukoll f’diversi gruppijiet ta’ Facebook.
“AĠĠORNAMENT: Bacino sfortunatament għadu ma nstabx, wara 19-il siegħa. Jekk jogħġobkom jekk xi ħadd rah jew jinsab għandu, ġentilment jgħarrafna,” tikteb Martina. Apparti minn hekk issemmi li hemm, “€300 premju jekk jinstab.”
Agħmlu kuntatt fuq dawn in-numri jekk ikollkom xi ħjiel li rajtuh jew jekk issibuh – 9944 9280 jew 9968 7832