Mhemm l-ebda lok għall-alarm iżda tajjeb li wieħed ikun jaf fuq virus li qiegħed jattakka il-klieb. Jekk inti sid ta’ kelb tajjeb li tieħu nota ta’ dawn:
- Qis li l-kelb tiegħek hu mlaqqam bil-boosters li hemm bżonn (kull sena).
- Prova tħalliex il-kelb ixammem il-ħmieġ ta’ klieb oħrajn u oħroġ il-kelb tiegħek fejn hemm bżonn biss.
- Aħsel tajjeb is-saqajn u l-idejn tal-kelb tiegħek sewwa u kull darba li toħroġ mid-dar.
- Jekk tara xi sintomu ta’ diarrhoea jew il-kelb qed jirremetti kkuntatja lill-veterinarju. Dakinhar toħroġx il-kelb ħalli ma jmarradx il-klieb oħra.
- Jekk tisma l-kelb tiegħek b’dawn is-sintomi bil-lejl tistenniex sal-għada.
Canine Parvovirus (Parvo) jista’ jaffetwa l-klieb kollha imma l-aktar f’riskju huma l-ġriewi u dawk il-klieb li mhumiex imlaqqmin. Aqra din l-informazzjoni u xerridha.
Pexels.com