Il-programm Popolin ta’ illejla ser jiddiskuti s-sess u r-relazzjoni. Fil-programm numru ta’ opinjonisti u professjonisti ser jiddiskutu ma’ Quinton Scerri kif is-soċjeta’ ta’ illum qed tħares lejn ir-relazzjonijiet u fuq kollox l-attivita’ sesswali.
Fil-programm ser jiġu intervistati bosta persuni, fosthom tfajla ta’ 22 sena li taħdem ta’ escort permezz ta’ pjattaforma online li toffri l-promozzjoni ta’ servizz ta’ prostituzzjoni minn tfajliet barranin u Maltin.
Ser taqsam l-esperjenza tagħha t-Tiktoker Moraine Labander fejn fost l-oħrajn hi ssostni li l-imħabba u s-sess huma żewħ affarijiet totalment differenti minn xulxin. Hi tgħid li la darba jkun hemm rispett u kunsess m’għandiex problema bil-prostituzzjoni, u f’dan ir-rigward kulħadd għandu jilħaq emilu.
L-intervista kollha tixxandar illejla waqt il-programm Popolin fid-21:00 fuq TVM

Facebook/ Popolin