Is-Sidien Wara R-Restorant Indjan Krishna Se Jirtiraw Wara Kważi 30 Sena Minn Meta Bdew L-Ikel Indjan F'Malta!

30 sena ilu, Malta rat il-ftuħ tal-ewwel restorant Indjan ġo Tas-Sliema, Krishna iżda dan il-kapitlu dalwaqt se jagħlaq għas-sidien oriġinali tiegħu. Robert u Kevin Krishna, is-sidien wara dan ir-ristorant innovattiv fix-xena tar-ristoranti ta’ Malta ddeċidew li jirtiraw.





Fuq il-paġna tagħhom huma jiktbu, “Wara kważi 30 sena, u wara li mexxejna l-eqdem ristorant Indjan f’Malta, Kevin u Robert mhux se jibqgħu jagħmlu parti minn Krishna Indian Restaurant”, kiteb ir-restorant fuq il-paġna ta’ Facebook tagħhom.

Il-paġna żżid, “Issa wasal iż-żmien li jirrilassaw, u jgawdu l-ħin tagħhom mal-familji tagħhom. Nixtiequ nirringrazzjaw lil kull min sostna dan il-vjaġġ bl-użanzi u l-ħbiberiji imprezzabbli tagħkom li għentuna niffjorixxu matul is-snin. Grazzi mill-ġdid lil kull wieħed u waħda minnkom.”



Kienu bosta nies li rringrazzaw lil Robert u lil Kevin fis-sezzjoni tal-kummenti għas-servizz stellari kontinwu tagħhom. Żgur li taħt idejhom kien wieħed mill-aqwa restoranti tal-ikel Indjan f’pajjiżna!

Nawguralkom għall-irtirar tagħkom!

Ġ

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI