Bħal ma tagħmel kuljum, Belle minn Belle Live Shows xeħtet kwotazzjoni li minnha tinħareġ tagħlima tajba li tiswa għalina lkoll. Illum kien imiss waħda relatata mal-maskra…imma x’maskra?
Fil-fatt għal kuntrarju ta’ xahar ilu, meta Belle argumentat minħabba l-mod kif bdiet tintlibes il-maskra kontra l-Covid-19, illum żgur ħafna għoġobhom dak li ppubblikat. Dakinhar mhux kulħadd qabel magħha u rċeviet anke xi kummenti li wrew oppożizzjoni għal dak li qalet. Kien hemm min saħansitra qalilha li kienet fhemet ħażin ċertu miżuri.
Dan id-darba nistgħu ngħidu li ma setgħetx xerrdet xi ħaġa aktar valida minn hekk! “”Inża l-maskra u uri lid-dinja min vera int”. Prosit Belle! Ibqa’ xerred messaġġi effettivi bħal dawn!