“Awguri Fl-Ewwel Għeluq Sninek Tifel Prezzjuż Tiegħi” – Nicole Hammett Lill-Kelb Gustuż Tagħha Archie James

Nicole Hammett hi kantanta bravissima magħrufa ferm madwar Malta u Għawdex. Illum hi ddedikat kelmtejn emozzjonali lill-kelb tagħha Archie James, li minkejja li għadu kemm għalaq biss sena, hu diġa jagħmel parti mill-familja tagħha u hu maħbub ħafna.

Hi kitbitlu, “Awguri fl-ewwel għeluq sninek tifel prezzjuż tiegħi. L-enerġija u l-imħabba tiegħek dawwlet ħajjitna. Aħna nħobbuk ħafna xadin żgħir. Ommok tħobbok ħafna. L-ewwel għeluq snin ta’ Archie James.”

Hammett ippubblikat xi ritratti wisq ħelwin ta’ dan il-kelb. L-għajnejn sbieħ tiegħu jirriflettu l-imħabba kbira li għandu f’qalbu u jidher li hu maħbub ferm minn din il-familja. Nawgurawlu f’għeluq sninu lil Archie James!





Facebook / Nicole Hammett



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI