Minn għada jidħlu fis-seħħ il-ħinijiet il-ġodda li fihom wieħed jista’ jżur lill-pazjenti. Dawn huma mill-11:30 sal-12:30 u mill-17:00 sas-18:00. Huma importanti li nirrimarkaw li f’dan il-ħinijiet numru ta’ miżuri jridu jittieħdu.
Importanti li viżitatur wieħed jista’ jkun ħdejn il-pazjent u kull viżitatur irid jilbes maskra jew visor. Importanti ħafna li wieħed jieħu ħsieb li jkollu jdejh nodfa, sabiex nevitaw it-tixrid tal-mikrobi u jekk xi ħadd qed iħossu marid ma għandux jersaq lejn l-isptar.
Nieħdu ħsieb xulxin!
Facebook / Mater Dei