Illum jaħbat għeluq snin il-kantanta li rajnieha darbtejn waqt X Factor Malta, Karin Duff! Hi rċeviet diversi messaġġi fuq il-profil tagħha, fosthom ta’ oħtha Claire li xtaqet tawguralha f’dan il-jum minn kmieni!
Claire tirrakkonta dwar il-mument meta twieldet oħtha Karen, fejn hi kienet marret torqod iżda minnufih qajjimha ħuha l-kbir biex jgħidilha li twieldet il-membru l-ġdid tal-familja Duff! Tgħid li r-relazzjoni tagħha ma’ oħta hi waħda mill-aqwa u tinsab kburija immens biha. “Tismgħani f’dak kollu li nkun irrid ngħid, tħobbni u timlili qalbi bil-ferħ kuljum”, tkompli tikteb Claire.
Xerrdet anke ritratt ta’ Karen meta kienet għadha ċkejkna, u bosta ggustawha u kkummentaw fuqu. Minn qalbna nawguraw lil Karen l-isbaħ xewqat f’dan il-jum u nittamaw li jkollha għeluq sninha mill-isbaħ!