L-Organizzaturi Ta' Takeover Malta Jinforma Lill-Pubbliku Bl-Aħħar Żviluppi Li Qed Isiru Flimkien Mal-Awtoritajiet Tas-Saħħa

L-Organizzaturi ta’ Takeover Malta xtaq jiċċara dak li qed jiġri minn wara l-kwinti hekk kif tħabbar li l-persuna li nstabet pożittiva għall-Covid-19, kienet preżenti fil-lukanda fejn sar l-avveniment tagħhom.

“Fid-dawl tal-aħbarijiet riċenti dwar il-persuna li attendiet il-lukanda għal Takeover ta’ tmiem il-ġimgħa li għadda, nixtiequ ninfurmaw lil kulħadd li bħalissa qegħdin f’kuntatt mal-awtoritajiet tas-saħħa lokali u qed nassistuhom fit-talbiet tagħhom. L-Awtoritajiet tas-Saħħa se jkunu qed jikkuntattjaw kwalunkwe persuna li jidhrilhom neċessarja waqt li joħorġu wkoll kull dikjarazzjoni pubblika kif jidhrilha neċessarja”.

F’kuntatt li għamlu ma’ Gwida.mt l-organizzaturi ikkonfermaw li sħab il-persuna konċernata ġew ittestjati wkoll u r-riżultat kien negattiv. Għal fini ta’ sigurtà dawn xorta waħda ser ikunu qegħdin kwarantina għal 12-il jum.

Huma jħeġġu lill-pubbliku biex jisimgħu dak li għandhom xi jgħidu UFFIĊJALMENT l-awtoritajiet tas-saħħa biss. Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jċempel fuq 111.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI