Il-paġna The Malta Police Force kitbet dwar email li qed tiġi mxerrda b’ingann.
“SCAM ALERT. Qed jiċċirkola dan l-email, li huwa SCAM. Jekk tirċevih injorah. Għinuna nxerrdu dan il-messaġġ billi tagħmlu SHARE – Grazzi.”
L-email jidher li qed jgħid lill-utent li hu akkużat dwar websajts tal-pornografija, ċiberpornografija u pedofelija fost l-oħrajn. Qiegħda miktuba b’tali mod li ser jittieħdu passi kontra l-persuna li rċeviet l-email.
Xerrdu din it-twissija.