"Sena Sakemm Nibdew Iż-Żmien Dejjiem Tagħna" – Michela Pace Tħabbar Id-Data Taż-Żwieġ Tagħha U L-Maħbub Tagħha!

Ir-rebbieħa tal-ewwel edizzjoni ta’ X Factor Malta u r-rappreżentatriċi ta’ Malta fil-Eurovision Song Contest tal-2019 bil-kanzunetta Chameleon ħabbret li bħal-lum sena hi se tkun qed tingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ mal-imħabba ta’ ħajjitha Daniel.





Il-koppja ilhom flimkien tul dawn l-aħħar għaxar snin u fl-aħħar se jkunu qed jingħaqdu flimkien fis-sagrament taż-żwieġ. Huma se jkunu qed jiċċelebraw l-imħabba tagħhom bħal-lum sena, dan ħabbrietu Michela fuq il-mezzi soċjali.

Hi kitbet, “Sena sakemm nibdew iż-żmien dejjiem tagħna. Ma nistax nistenna li niżżewweġ l-aqwa ħabib tiegħi.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawgurawlhom l-isbaħ xewqat. Nittamaw li r-relazzjoni tagħhom tibqa’ tissaħħaħ u tikber aktar ma jgħaddi ż-żmien.

Awguri mill-qalb!



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI