"Hekk Għandu Jkun" – Pulizija Jintlemaħ Jilgħab Bil-Ballun Ma' Tifel F'Nofs Il-Festa Ta' Raħal Ġdid

F’filmat li ħareġ fuq il-midja, uffiċjal tal-pulizija ntlemaħ jilgħab bil-ballun ma’ tifel waqt il-festa ta’ Raħal Ġdid.

Ħafna faħħru lil dan l-uffiċjal għall-ġest nobbli tiegħu li żgur nissel tbissima f’fomm it-tifel. Kien hemm ukoll min saħaq li hekk għandu jkun u li l-pulizija għandhom ifittxu, bħalma diġà qed jagħmlu, li jkunu ta’ servizz għall-komunità b’mod speċjali b’ġesti bħal dawn.

Din ukoll mhijiex l-ewwel darba li f’filmati li ħarġu fuq il-midja soċjali, uffiċjali tal-pulizija ntlemħu jmorru lil hinn minn xogħolhom sabiex jiżguraw li jkunu ta’ servizz għan-nies.

Prosit tassew!

Ritratti: Instagram / MaltaDaily







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI