Trab Mid-Deżert Fuq Malta – Vantaġġi U Żvantaġġi

Bosta jgergru għat-trab li jiġi mid-deżert, u bir-raġun, iżda bħal kollox għandu wkoll xi vantaġġi mal-iżvantaġġi. Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom, Maltese Islands Weather qasmu mas-segwaċi tagħhom xi vantaġġi u żvantaġġi ta’ dan.

Min-naħħa tal-iżvantaġġi qalu, “Kwalità tal-arja tonqos (livelli għoljin ta’ PM10 u PM2.5); Problemi respiratorji u irritazzjoni fl-għajnejn; Iljieli aktar sħan u skomdi; Viżibilità tonqos (ċpar kannella); Trab fuq kollox – karozzi, gallariji, twieqi; Sema mċajpar u tal-uġigħ ta’ ras.”

Għall vantaġġi qalu, “Minerali importanti (bħal ħadid u fosfru) fil-ħamrija u fil-baħar; Jikkontribwixxi għall-ekosistemi tal-baħar (fertilizzazzjoni naturali);Tlugħ u nżul ix-xemx aktar intensi u kuluriti.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI